Jum tassew speċjali għall-attur veteran Mario Micallef u martu Nathalie Micallef hekk kif illum qed jiċċelebraw 56 sena mill-ġurnata li fiha qalu l-"iva" lil xulxin. F’dan il-jum għażiż, Mario qasam messaġġ sempliċi iżda mimli tifsira fuq il-mezzi soċjali, fejn irringrazzja lil Alla għas-snin kollha li hu u Nathalie qasmu flimkien.
"Grazzi Mulej li llum wassaltna għal 56 sena mill-famuża ġurnata li għedna – IVA," kiteb Mario. 56 sena ta’ żwieġ bla dubju jfissru vjaġġ mimli memorji, esperjenzi u mumenti li Mario u Nathalie għexu spalla ma’ spalla tul aktar minn nofs seklu. Mario Micallef huwa wieħed mill-uċuħ magħrufa fix-xena teatrali u televiżiva Maltija, u tul is-snin il-pubbliku kellu ċ-ċans isegwi t-talent tiegħu f’diversi produzzjonijiet.
Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Mario u Nathalie anniversarju mill-isbaħ u aktar snin sbieħ flimkien. Awguri mill-qalb!
Facebook / Mario Micallef