Hooligan Jħabbar It-Twelid Ta’ Ibnu Athon Li Twieled Proprju F’Jum Santa Marija

Aħbar mill-isbaħ għall-artist Malti Hooligan hekk kif f’nhar Santa Marija laqa’ fid-dinja lil ibnu Athon. Hooligan introduċa liċ-ċkejken mas-segwaċi tiegħu fuq il-mezzi soċjali lbieraħ, u qasam magħhom ukoll xi dettalji dwar it-twelid tiegħu.

Athon twieled jiżen 3.4kg u b’tul ta’ 49cm, proprju fil-15 ta’ Awwissu, jum li f’Malta huwa marbut mill-qrib mal-festa tant għażiża ta’ Santa Marija. Mument mill-aktar speċjali għal Hooligan u l-familja tiegħu, hekk kif jibdew kapitlu ġdid f’ħajjithom bil-wasla taċ-ċkejken Athon.

Żgur li ħafna mis-segwaċi tal-artist ingħaqdu miegħu fil-ferħ ta’ din l-aħbar sabiħa wara li introduċa lil ibnu għall-ewwel darba. Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Hooligan u lill-familja kollha minn qalbna għall-wasla ta’ Athon. Nittamaw li dan il-vjaġġ ġdid ikun mimli mħabba, ferħ u ħafna memorji sbieħ. Merħba fid-dinja, Athon!

Awguri mill-qalb lill-familja kollha!

Ritratti:

Instagram / Hooligan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI