“Kompli Aħdem U Dejjem Emmen Fik Innifsek” – Maronia Gray Tawgura Lil Binha F’Jum Tant Mistenni

Jum importanti ferm għal iben Maronia u Lawrence Gray, hekk kif illum qed jgħix esperjenza li kien ilu jistenna bil-ħerqa. Hu jinsab akkumpanjat minn Maltin oħra li wkoll qed jieħdu sehem f’din l-istess esperjenza. F’dan il-jum speċjali, Maronia qasmet messaġġ mill-qalb lil binha fuq il-mezzi soċjali, fejn ħeġġitu biex jibqa’ jemmen fih innifsu u jkompli jaħdem biex jilħaq il-ħolm tiegħu.

"Għażiż ibni, illum huwa l-jum il-kbir tiegħek, jum li tant ilek tistenna li jasal. Kompli aħdem iebes u dejjem emmen fik innifsek. Dejjem imxi pass pass u xi darba tasal fejn tixtieq," kitbet Maronia. Hi assigurat ukoll lil binha li f’dan il-vjaġġ dejjem se jsib l-appoġġ tagħha u ta’ missieru.

"Jien u l-papà dejjem se nkunu maġenbek. Inħobbuk infinitament," kompliet tikteb. Maronia rringrazzjat ukoll lil Jeanette Grech talli kienet magħhom tul dan il-vjaġġ u għall-appoġġ li tathom. Messaġġ sabiħ ta’ omm lil binha f’ġurnata li bla dubju se jibqa’ jiftakar, hekk kif flimkien ma’ Maltin oħra qed ikollu l-opportunità jgħix din l-esperjenza speċjali.

Minn Gwida.mt nawgurawlu, kif ukoll lill-Maltin kollha li jinsabu miegħu, l-isbaħ xewqat għal din l-esperjenza!

Ritratti:

Facebook / Maronia Gray

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI