“Ħabib Tiegħi Li Hu Gay Kiteb Ktieb Għat-Tfal … Xi Ħadd Ikkummenta Li Qed Jużah Bħala Skuża Biex Jersaq Lejn It-Tfal U Jabbuża Minnhom Sesswalment” – Althea Galea

Riċentament, Brandon Salerno ħareġ ktieb tat-tfal li jitrattwa dwar is-Sur Ezra fejn qed igawdi tmiem il-ġimgħa mal-maħbub tiegħu u mal-klieb tagħhom. Għalkemm din hija ħaġa sabiħa, xi persuna jew persuni rnexxielhom isibu element ta’ negattività u ħallew akkużi diżgustanti fil-kummenti. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Althea Galea tkellmet dwar dan.  

Bdiet billi qalet, “Ħabib tiegħi li hu gay kiteb ktieb għat-tfal. Xi ħadd ikkummenta li qed jużah bħala skuża biex jersaq lejn it-tfal u jabbuża minnhom sesswalment. Din mhix opinjoni. Din akkuża diżgustanti bbażata fuq sterjotip li jagħmel ħafna ħsara, li nies gay huma b’xi mod ta’ periklu għat-tfal. Li tkun gay ma tgħamlikx perikoluż. Tikteb għat-tfal ma jfissirx li int persuna suspettuża.”

Żiedet tgħid, “Ma tistax taqbad l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna, tibdilha f’akkuża ta’ pedofilija, u mbagħad tinħeba wara l-‘libertà tal-espressjoni’. Il-kliem iġorr miegħu l-konsegwenzi. Hemm bżonn inkunu aħjar minn hekk.”

Temmet billi qalet, “Jekk tippreferi tissaportjah milli lil mibgħeda, tista’ ssib il-ktieb tiegħu hawn:” https://www.amazon.it/dp/B0HCN9C6ZH

Filwaqt li nifirħu lil Brandon li rnexxielu joħroġ dan il-ktieb, nixtiequ nuru miegħu solidarjetà assoluta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI