“Naf Minn Xiex Għaddiet Dik Il-Mara … X’Ħasra” – Peppi Azzopardi Jsellem Il-Memorja Ta’ Charlotte Zammit

Permezz ta’ filmat fuq il-paġna tiegħu, Peppi Azzopardi sellem il-memorja ta’ Charlotte Zammit li hija l-vittma tal-qtil li seħħ f’Ħaż Żabbar riċentament. Tkellem ukoll dwar kummenti li tħallew fuq il-midja soċjali fil-konfront tal-istess persuna, kif ukoll dwar żewġ punti importanti fejn fuqhom jeħtieġ li tittieħed azzjoni

Qal li kien jaf lilha u lill-familja tagħha fejn qal li jaf ukoll dak li għaddiet minnu matul ħajjitha. Tkellem ukoll dwar xi kummenti ta’ nies li ħallew meta binha kien involut f’inċident, u ħallew ħafna kummenti ta’ mibgħeda li ħallew fil-konfront ta’ Charlotte.

Wieħed mill-kummenti kien qal, “J’Alla l-Mulej jieħdok ma jmurx ikollok xi mostru ieħor”. Peppi Azzopardi żied jgħid, “taf min intom dawk li ħallejtu l-likes ... Kif ma tistħux? Kif ma tistħux minn tal-familja tagħkom.”

Żied, “Ilbieraħ tkellimt ma’ omm Charlotte ... għandha 80 sena. Mara mill-aqwa tixtieqha tkun in-nanna tiegħek.” Ejja nagħmlu riflessjoni li trid tittieħed azzjoni. L-ewwel ħaġa d-droga; d-droga f’Malta pandemija. Jekk noqgħodu naraw kważi kull delitt li kien hawn kellu d-droga fih ... Id-droga hija problema enormi. Hemm barra sfortunatament ħadd mhu qed jirealizza l-vera problema.”

Kompla billi żied jgħid, “It-tieni l-ġustizzja. Rajna dak li allegatament wettaq id-delitt kien weħel sena ħabs minħabba vjolenza domestika. Jiena nistaqsi; f’dik is-sena ħabs, x’ġara ma’ dak ir-raġel? X’għajnuna ngħata? X’anger-management kellu biex dawn ma jirrepetux ruħhom, jew naqbdu u nitfawhom il-ħabs f’ħabs li għadu ħabs kattiv?”

Qal ukoll li hemm 350 persuna li huma drug addicts ġewwa l-ħabs f’Malta fejn staqsa wkoll x’qegħdin jagħmlu hemm u x’ser joħolqu meta joħorġu mill-ħabs.

Temm jgħid li, “hija biss bl-imħabba li nistgħu nsolvu dawn il-problemi.”

Ritratti:

Angèle Angie’s Hamrun

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI