“Qed Titneħħa Restrizzjoni Fuq L-Għoti Tad-Demm Għal Persuni Li Għexu Fir-Renju Unit” – Il-Ministru Ian Borg

Persuni li għexu fir-Renju Unit se jkunu jistgħu jibdew jagħtu d-demm f’Malta wara deċiżjoni biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet li kienu ilhom fis-seħħ għal numru ta' snin.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Ian Borg ħabbar li permezz ta’ din id-deċiżjoni, madwar 15,000 persuna Brittanika li jgħixu f’Malta se jkunu jistgħu jibdew jagħtu d-demm.

Hu qal, “Qed titneħħa restrizzjoni fuq l-għoti tad-demm għal persuni li għexu fir-Renju Unit. Permezz ta’ din id-deċiżjoni madwar 15,000 persuna Brittanika f’Malta se jkunu jistgħu jibdew jagħtu d-demm.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI