Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Teatru Manoel sellmu l-memorja tas-Sur John Lowell li ħalla din id-dinja riċentament. Lowell serva bħala Chairman tat-Teatro Manoel għal 10 snin.
Qalu, “Iċ-Chairman u t-tmexxija tat-Teatru Manoel jestendu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u lill-qraba tas-Sur John Lowell. Is-Sur Lowell serva bħala Chairman tat-Teatru Manoel bejn l-1993 u l-2003. Matul il-mandat tiegħu, John ikkontribwixxa għall-iżvilupp u l-promozzjoni kontinwa tat-Teatru, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.”
Żiedu, “L-impenn ta’ John Lowell lejn it-Teatru Manoel u lejn il-ħajja kulturali ta’ Malta jibqa’ mfakkar bi gratitudni kbira.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu.