“Għal Kulħadd Kien ‘Il-Leġġenda’, Għalina Kien Missierna” – Cyrus Engerer Isellem Il-Memorja Ta’ Missieru

Cyrus Engerer sellem il-memorja ta’ missieru b’messaġġ mill-qalb, fejn tkellem dwar il-karattru tiegħu, l-imħabba li kellu lejn il-familja u l-ħbieb, u l-marka li ħalla fuq dawk kollha li kellhom ix-xorti li jsiru jafuh.

"Kulħadd kien isejjaħlu ‘il-leġġenda’, u hekk kien; iżda għalina kien missierna – il-leġġenda xorta waħda," kiteb Cyrus. Hu ddeskrivieh bħala persuna li għexet il-ħajja skont ir-regoli tagħha, kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli, mingħajr qatt ma pprova jkun xi ħadd differenti minn dak li tassew kien.

Post partikolarment għal qalbu kien Paradise Exiles Shack, li kien iħobb isejjaħlu "s-salott" tiegħu. Cyrus jirrakkonta kif hemmhekk kellu s-siġġu tiegħu, fejn kien iqatta’ l-ħin jirrakkonta l-istejjer u jilqa’ lin-nies li kienu jidħlu.

Tul dawn l-aħħar sentejn, hekk kif is-siġġu tiegħu beda jibqa’ vojt aktar ta’ spiss, in-nies xorta waħda baqgħu jistaqsu fejn kien. Għal Cyrus, dan juri kemm missieru kien sar parti integrali minn Exiles u mill-ħajja ta’ tant persuni.

Cyrus jgħid li mingħand missieru tgħallem ir-reżiljenza, kif ukoll doża mhux ħażin ta’ ras iebsa. Fuq kollox, iżda, jibqa’ jiftakar l-imħabba kbira li kellu lejn uliedu u lejn il-ħbieb tiegħu. "Strieħ fis-sliem, pa – inħobbuk," temm Cyrus fit-tislima emozzjonanti tiegħu.

Kondoljanzi lil Cyrus u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Ritratti:

Instagram / Cyrus Engerer

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI