“Ma Tgħaddiex Ġurnata Li Ma Nsemmukx” – Oħt Lorenzo Vella Tfakkru Sentejn Wara T-Telfa Tiegħu

Għaddew sentejn mit-telfa ta’ Lorenzo Vella, u f’dan l-anniversarju oħtu sellmet il-memorja tiegħu permezz ta’ kliem emozzjonanti dwar il-vojt li ħalla warajh u l-memorji sbieħ li għadhom jgħixu magħhom.

"Ma tgħaddiex ġurnata, lanqas mument, li ma nsemmukx," kitbet oħtu. Hi spjegat li n-nuqqas ta’ Lorenzo jinħass b’mod partikolari meta l-familja tinġabar flimkien, għaliex minkejja li m’għadux fiżikament magħhom, għadhom iħossuh parti importanti mill-familja.

Oħtu fakkret kif, minkejja ż-żmien qasir li qatta’ f’din id-dinja, Lorenzo rnexxielu jagħmel affarijiet kbar u jħalli marka sabiħa fuq dawk kollha li kellhom ix-xorti li jkunu parti minn ħajtu.

Wieħed mill-isbaħ kapitli f’ħajtu kien meta sar missier. Iżda proprju ma’ dan hemm marbuta wkoll waħda mill-akbar weġgħat tal-familja: il-fatt li Lorenzo ma jistax ikun preżenti biex jara lil uliedu jikbru u jrabbihom hu.

"Il-firda minnek hi kiefra wisq, u hemm vojt li ħadd qatt ma jista’ jimla," kompliet tikteb oħtu. Madankollu, l-imħabba lejh, il-memorji tiegħu u dak kollu li ħalla warajh se jibqgħu jgħixu magħhom għal dejjem.

"Strieħ fis-sliem, għażiż tagħna Lorenzo. Inħobbuk," temmet oħtu f’din it-tislima mill-qalb, sentejn wara t-telfa tiegħu.

Ritratti:

Facebook / Lorenzo Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI