“Il-Madonna Tkompli Tħarsek U Żżommok Taħt Il-Protezzjoni Tagħha” – Awguri Lil Dun Denis Schembri F’Għeluq Sninu

Illum hija ġurnata speċjali għall-Arċipriet tal-Parroċċa Stella Maris f’Tas-Sliema, Dun Denis Schembri, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum, il-Parroċċa Stella Maris wasslitlu l-isbaħ xewqat tagħha filwaqt li rringrazzjatu għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu fi ħdan il-komunità parrokkjali.

"Mill-qalb nifirħu lill-Arċipriet tal-Parroċċa tagħna, Dun Denis Schembri f'għeluq sninu llum! Il-Madonna tkompli tħarsek u żżommok taħt il-protezzjoni tal-mant tagħha! Grazzi tal-ħidma tiegħek fil-parroċċa tagħna! F'talbna u ad multos annos!" kitbet il-parroċċa.

Żgur li mal-awguri tal-parruċċani jingħaqdu dawk ta’ bosta persuni li tul is-snin iltaqgħu ma’ Dun Denis u apprezzaw il-ħidma pastorali tiegħu. Aħna ningħaqdu mal-awguri u nawgurawlu sena oħra mimlija saħħa, paċi u ħidma fost il-komunità li tant jgħożż.

Ritratti:

Facebook / Stella Maris Sliema

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI