“Lura Fi Żmien Tal-Iffilmjar Ta’ ‘Shelly Rayner’. Inħobbok” – L-Attriċi Louise Doneo Lin-Neputi Darien

Louise Doneo

L-attriċi Maltija Louise Doneo awgurat lin-neputi tagħha, Darien Doneo, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Louise xtaqet lil Darien għeluq is-sena mill-isbaħ u qasmet miegħu kliem mill-isbaħ. "Lura fiż-żmien tal-iffilimjar ta' Shelly Rayner. Inħobbok," kitbet Louise.

Flimkien mal-awgurju, l-attriċi qasmet ukoll memorja ħelwa mill-passat, li tmur lura għaż-żmien meta kienu qed jiffilmjaw is-serje Shelly Rayner. Fir-ritratt jidhru Louise u Darien flimkien, f’mument li jibqa’ memorja sabiħa għalihom it-tnejn.

Lil Darien rajnieh f'diversi produzzjonijiet televiżivi lokali fosthom Stejjer Qosra u The Weeping House of Qala.

Bosta rreaġixxew għar-ritratt u kkummentaw fuq ir-ritratt ta' Louise u Darien, li anke hu kkummenta u rringrazzjaha għall-awgurju.

Awguri mill-qalb Darien!

Ritratti:

Facebook/ Louise Doneo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI