L-awtur Ingliż David Walliams, illum qed jiċċelebra għeluq il-55 sena tiegħu. Walliams, li twieled fl-20 ta’ Awwissu 1971, sar magħruf madwar id-dinja mhux biss bħala attur u kummidjant, iżda wkoll bħala wieħed mill-aktar awturi popolari tal-kotba għat-tfal.
Matul il-karriera tiegħu kiteb għadd kbir ta’ stejjer li saru favoriti fost it-tfal, fosthom Gangsta Granny, Mr Stink, The Boy in the Dress, Billionaire Boy, Ratburger u Demon Dentist.

Il-popolarità tal-kotba tiegħu kienet tant kbira li diversi stejjer tiegħu ma baqgħux biss fuq il-paġni tal-kotba, iżda ngħataw ukoll il-ħajja fuq l-iskrin permezz ta’ films u produzzjonijiet televiżivi. Fost dawn insibu Gangsta Granny u Mr Stink, li kisbu wkoll l-attenzjoni tal-udjenzi żgħażagħ.
L-istejjer ta’ Walliams li huma magħrufa mmens għall-umoriżmu, il-karattri partikolari u l-avventuri tagħhom, ħafna drabi jwasslu wkoll messaġġi dwar il-ħbiberija, il-familja u l-qalb tajba, tant li ġieli anke jkollhom xi tagħlima.
Illum, f’dan il-jum speċjali, ma jonqsux l-awguri għal David Walliams, li permezz tal-kitba tiegħu kompla jħajjar ġenerazzjonijiet ta’ tfal jiskopru l-imħabba għall-qari.

Facebook/David Walliams