Ixxerja
Il-President flimkien mal-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta wasslu l-awguri tagħhom lil Mro. Gordon Mayer, għalliem fi ħdan is-soċjetà, wara li kiseb b’suċċess id-Diploma (L Mus LCM) fit-Teorija tal-Mużika.
Din il-kisba hija xhieda tad-dedikazzjoni, l-impenn u l-imħabba li Mro. Mayer għandu lejn il-mużika u lejn l-istudju tagħha. Il-kisba tad-diploma fit-Teorija tal-Mużika tirrikjedi studju, preparazzjoni u perseveranza, u għalhekk dan is-suċċess bla dubju huwa mument ta’ sodisfazzjon għalih.
Mro. Mayer għandu wkoll irwol importanti fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta, hekk kif hu għalliem fi ħdan il-kumitat. B'hekk, is-soċjetà esprimiet il-ferħ u l-kburija tagħha għal din il-kisba, filwaqt li awgurat lil Mro. Mayer għal aktar suċċessi u sodisfazzjon fil-qasam tal-mużika u fit-triq tiegħu ta’ tagħlim u formazzjoni mużikali.
Minn naħa tagħna, ngħidulu prosit tassew għal dan is-suċċess u nawgurawlu għal aktar kisbiet sbieħ fil-futur!
Ritratti:
Facebook/Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta
Ixxerja
Miktub Minn
Matthea Grech
Għandi passjoni kbira għal-lingwa Maltija. Jien studenta u interessata ferm f'dak kollu li qed jiġri madwarna, speċjalment fid-dinja tal-ispettaklu. Nikkunsidrani bħala persuna pożittiva, kunfidenti u lesta biex ngħin lil ħaddieħor. Dejjem bi tbissima fuq fommi u ċajta ma nafx neħodha! Fil-ħin liberu tiegħi inħobb ninżel ħdejn il-baħar għax hemm insib is-serħan tal-moħħ u l-ispirazzjoni biex nikteb il-poeżiji. Apparti minn hekk, inħobb naqra rumanzi romantiċi bil-Malti u jaffaxinawni ħafna l-lingwi fosthom l-Ispanjol u t-Tork.
“Għaddew 32 Sena, Imma Għalija Għadu Qisu Lbieraħ” – Christian Attard B’Messaġġ Iddedikat Lil Ommu, Hekk Kif Għada…
Matthea Grech
Ilbieraħ
Il-Kunsillier taż-Żejtun, Christian Attard, qasam messaġġ emozzjonanti ta’ tifkira lil ommu, hekk kif illum għaddew 32 sena minn meta tilifha.Attard irrakkonta kif propju bħal-lum, 32 sena ilu, għannaq lil ommu, taha l-aħħar bewsa u raha għall-aħħar darba. Huwa fakkar li fil-21 ta’ Awwissu, fl-ewwel sagħtejn tal-ġurnata, hija ħallietu, iżda minkejja l-mogħdija tas-snin, għalih kollox għadu […]