Fi Ħmistax-Il Stat Fl-Istati Uniti, Għalliema Għadhom Jistgħu Jerfgħu Idejhom Fuq L-Istudenti

Fl-1990, Malta rratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u fl-istess sena l-kastigi fiżiċi fl-iskejjel, bħal swat bl-użu tar-riga, waqfu jintużaw. Madankollu, fl-2014, saret bidla importanti fil-liġi Maltija, hekk kif il-kastig korporali tat-tfal ġie pprojbit totalment. Fl-Istati Uniti, bosta skejjel għadhom jagħmlu użu mill-kastig korporali fejn infatti, għadu legali fi 15-il stat.

Dawn huma, Alabama, Arizona, Arkansas, Florida, Georgia, Kentucky, Louisiana, Mississippi, Missouri, North Carolina, Oklahoma, South Carolina, Tennessee, Texas u Wyoming. Madankollu, dan ma jfissirx li kull skola f’dawn l-istati tuża din il-prattika, hekk kif distretti skolastiċi individwali jistgħu jipprojbixxuha.

Dejta tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni tal-Istati Uniti turi li matul is-sena skolastika 2021–2022 ġew irrappurtati kważi 32,000 każ ta’ kastig fiżiku fl-iskejjel pubbliċi. Dawk favur il-prattika jibqgħu jsostnu li dal-kastig huwa meħtieġ għall-fini ta’ dixxiplina. Madankollu, riċerka psikoloġika estensiva rabtet il-kastig fiżiku ma’ żieda fl-aggressività, l-ansjetà u problemi oħra.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI