“Is-Sema Qed Jagħtina L-Ewwel Sinjali Sottili Tal-Bidla Staġjonali Li Tibda Sseħħ Lejn L-Aħħar Ta’ Awwissu” – Maltese Islands Weather

Bostaq qed jistaqsu meta għandna nistennew bidla fit-temperatura, u għalkemm għadna ‘l bogħod mix-xitwa, xorta waħda nistgħu naraw bidliet sottili fit-temp. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather tkellmu dwar dan.

Bdew billi qalu, “Fl-aħħar jiem, sħab tat-tip cumulus qed jidher aktar ta’ spiss fuq il-Gżejjer Maltin, l-aktar matul il-ħinijiet ta’ filgħodu. Il-baħar sħun ħafna bħalissa qed jipprovdi ħafna sħana u umdità lill-arja, u b’hekk qed jgħin fil-formazzjoni ta’ dan is-sħab.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Is-sajf għadu ’l bogħod milli jintemm, iżda s-sema qed jagħtina l-ewwel sinjali sottili tal-bidla staġjonali li tibda sseħħ lejn l-aħħar ta’ Awwissu.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI