Ilbieraħ filgħaxija fil-Knisja tal-Lunzjata ġewwa l-Birgu ġiet inawgurata pittura mill-isbaħ tal-Arċisqof Pawlu Cremona, li sfortunatament ħalla din id-dinja f'Marzu tas-sena l-oħra.
Impittra mill-artist bravissimu Manuel Farrugia, din il-pittura għandha l-għan li żżomm ħajja l-memorja tal-Arċisqof Cremona li matul ħajtu dejjem kien magħruf għall-umiltà kif ukoll il-ġenwinità li dejjem kien juri, iżda fuq kollox, għall-qrubija tiegħu man-nies.
Dan ix-xogħol artistiku ġie inawgurat mill-Provinċjal Vincent Micallef OP u l-Pirjol Patri Aaron Zahra OP u se jkun qiegħed jinżamm fis-sagristija flimkien mal-paramenti episkopali tal-Arċisqof Cremona.
Facebook / Kunvent Dumnikan Tal-Lunzjata, Il-Birgu