Denise Kim Gafà illum qed tiċċelebra għeluq it-32 sena tagħha u għalhekk qasmet messaġġ personali u sinċier fuq il-midja soċjali. Fil-messaġġ hi rriflettiet fuq il-vjaġġ li għaddiet minnu matul is-snin.
Denise ammettiet, li mhux dejjem għamlet kollox sew, iżda saħqet, li kull esperjenza, kellha rwol importanti biex iffurmat l-karattru tagħha, għall-persuna li saret illum. Matul il-vjaġġ tagħha hija għexet, ħabbet, ħadet riskji, għamlet żbalji u tgħallmet lezzjonijiet li mhux dejjem kienu faċli.
L-aktar ħaġa importanti li tgħallmet hi dwar il-bżonn li wieħed jafda aktar fl-intuwizzjoni tiegħu u jagħraf il-valur tiegħu nnifsu. Hija rrikonoxxiet, li damet ftit biex titgħallem dan, iżda llum tħares lura b’apprezzament lejn il-vjaġġ kollu.
Fil-messaġġ tagħha, Denise rringrazzjat lil Alla, lill-ġenituri tagħha, lill-ħbieb veri li baqgħu maġenbha, kif ukoll lil dawk kollha li segwewha, appoġġjawha u qasmu magħha dan il-“vjaġġ miġnun u affaxxinanti” permezz tal-internet.
Hekk kif għalqet żmienha, Denise qalet, li għadha qed titgħallem, tikber u ssir il-mara li trid tkun tant li temmet il-messaġġ tagħha b'dawn il-kliem: “Ngħixu. Nitgħallmu. U nerġgħu ngħixu.”
Facebook/Denise Kim Gafa