€28,000 Jinġabru Biex Tittella’ L-Istatwa Ta’ Santa Marija fl-Imġarr – Iżda Tqum Il-Mistoqsija Jekk Din It-Tradizzjoni Għandhiex Tibqa’ Ssir

Din it-tradizzjoni tmur lura għall-1922 meta l-vara inġiebet minn Marsilja fi Franza. Għalhekk, f'dawk is-snin imbagħad il-poplu ħareġ bl-idea li min joffri l-aktar, jerfa' l-vara waqt il-purċissjoni ta' filgħaxija.

L-offerta biex tittella’ l-istatwa ta’ Santa Marija fl-Imġarr din is-sena intrebħet mir-reffiegħa tal-familja ta' Wistin Vella, bis-somma sabiħa ta’ €28,000, somma li se tkun qed tikkontribwixxi b’mod importanti għall-ispejjeż tal-Parroċċa.

Ivan Castillo qasam din l-aħbar fuq il-midja soċjali, filwaqt li saħaq fuq il-ġenerożità u d-devozzjoni tal-poplu tal-Imġarr lejn Santa Marija u lejn il-Parroċċa tagħhom.

Castillo sostna li din is-somma hija xhieda oħra tal-imħabba li l-Imġarrin għandhom lejn il-festa u lejn il-patruna tagħhom, filwaqt li esprima r-ringrazzjament tiegħu lil kull min ta sehmu f’din l-offerta.

“Prosit u grazzi mill-qalb lil kull min ta sehmu. Viva Santa Marija,” temm jgħid.

Madankollu, quddiem somma ta’ €28,000, tqum ukoll mistoqsija li tista’ tqanqal diskussjoni fost il-pubbliku: għandha din it-tradizzjoni tal-offerta biex tittella’ l-istatwa ta’ Santa Marija tibqa’ ssir fis-snin li ġejjin?

Għal xi wħud, din hija tradizzjoni li tirrifletti d-devozzjoni u l-ġenerożità tal-komunità, filwaqt li oħrajn jistgħu jistaqsu jekk somom bħal dawn għandhomx jibqgħu jintnefqu b’dan il-mod. Mistoqsija li, bla dubju, tista’ twassal għal opinjonijiet differenti.

Ritratti:

Facebook/Ivan Castillo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI