Marisa Spencer, sid FabJewels, tinsab f’luttu wara l-mewt ta’ oħtha Michelle, li ħalliet din id-dinja fl-età ta’ 44 sena. F’messaġġ emozzjonanti, Marisa ddeskriviet lil Michelle mhux biss bħala oħtha l-għażiża, iżda wkoll bħala l-aqwa ħabiba tagħha. “B’qalbi maqsuma għalkollox, nixtieq naqsam magħkom li oħti l-għażiża u l-aqwa ħabiba tiegħi ħallietna,” kitbet Marisa fuq il-paġna ta’ FabJewels.
Minħabba dan il-mument ta’ niket, FabJewels se jibqa’ magħluq sat-30 ta’ Awwissu u jerġa’ jiftaħ fil-31 ta’ Awwissu, mill-10:00 sas-19:00. Fil-messaġġ tagħha, Marisa rringrazzjat ukoll lill-klijenti għall-imħabba, il-qalb tajba u s-sapport li wrewha matul dawn l-aħħar xhur, hekk kif kienet għaddejja minn żmien partikolarment diffiċli.
Hija rrakkontat kif diversi klijenti kienu jidħlu fil-ħanut u jsibuha tibki, u f’dawk il-mumenti kienu jieqfu biex jisimgħuha, jgħannquha u jfarrġuha. Uħud minnhom saħansitra qasmu l-emozzjoni magħha u bkew magħha. “Qatt mhu se ninsa l-qalb tajba tagħkom. Grazzi talli kontu hemm meta l-aktar kelli bżonnkom,” temmet tgħid Marisa.
Żgur li t-telfa ta’ Michelle fl-età ta’ 44 sena ħalliet vojt kbir fil-ħajja ta’ Marisa u ta’ dawk kollha li kienu jafuha u jħobbuha. Minn Gwida, inwasslu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lil Marisa, lill-familja kollha ta’ Michelle u lill-għeżież tagħha f’dan il-mument ta’ niket. Strieħ fis-sliem, Michelle.
Facebook / Michelle Borg