L-eks Ministru Roderick Galdes sellem il-memorja ta’ Stefan, ħabib tiegħu li ħalla din id-dinja f’età żgħira. F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Galdes esprima n-niket tiegħu għal din it-telfa, filwaqt li fakkar il-ħbiberija li kellhom u s-snin li qattgħu flimkien.
“Ħallejtna kmieni wisq, Stefan. Tlifna ħabib ieħor f’età daqshekk żgħira. Grazzi tal-ħbiberija u talli kont magħna tul is-snin. Insellimlek, ħabib. Strieħ fis-sliem,” kiteb Roderick Galdes. Il-messaġġ tiegħu jirrifletti d-dieqa għal telfa ta’ persuna f’età żgħira wisq, kif ukoll il-memorji li Stefan ħalla fost dawk li kienu jafuh.
Gwida.mt tingħaqad ma’ Roderick Galdes u ma’ dawk kollha li qed isellmu l-memorja ta’ Stefan, u twassal il-kondoljanzi lill-familja, lill-ħbieb u lill-għeżież tiegħu.
Strieħ fis-sliem, Stefan.
Facebook / Roderick Galdes