“Nittama Li L-61 Sena Ġġiblek Il-Paċi, Il-Ferħ U Ħafna Aktar Opportunitajiet Biex Toħloq Memorji Sbieħ Magħna.” – Josline Camilleri

il-familja ta' josline

Josline, magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha f'Big Brother Malta qasmet filmat ħelu u kitbet messaġġ f'għeluq snin missierha. Hekk kif għalaq 61 sena, għal din l-okkażjoni Josline qasmet ukoll filmat ħelu li juri mumenti miċ-ċelebrazzjoni li kellhom flimkien.

Fil-messaġġ tagħha, Josline irriflettiet fuq is-sena li għaddiet mill-ħajja ta’ missierha.

"Kienet sena iebsa, iżda b’xi mod inbidlet f’barka. Grata ħafna li għażilt li tieħu l-ħajja bis-serjetà, tieħu r-responsabbiltà u tagħmel il-bidliet meħtieġa. Qatt mhu tard wisq biex tieħu r-responsabbiltà, tirranġa l-affarijiet u tagħżel triq aħjar. Jiena kburija b’dan, u nittama li l-61 sena ġġiblek il-paċi, il-ferħ u ħafna aktar opportunitajiet biex toħloq memorji sbieħ magħna."

Filwaqt li awguratlu paċi, ferħ u ħafna aktar memorji sbieħ flimkien, Josline ma naqsetx milli ddaħħal ukoll ftit umoriżmu fil-messaġġ tagħha. Tagħlaq billi tistqarr l-imħabba li lkoll għandhom għalih.

Awguri mill-qalb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI