L-attriċi lokali Rachel Micallef tkellmet dwar it-traġitt fiżiku li għaddiet minnu matul dawn l-aħħar għaxar snin. Filwaqt li qasmet żewġ ritratti li juru l-progress li hi għamlet matul dawn is-snin, l-attriċi tkellmet dwar kif illum il-ġurnata tħossha ferm iżjed b'saħħitha u kunfidenti.
Rachel stqarret li matul dawn l-aħħar snin kemm ilha taħdem bħala personal trainer, hi rrealizzat iżjed minn qatt qabel li sabiex wieħed iżomm ruħu fiżikament attiv, ma jfissirx li għandu neċessarjament inaqqas il-piż tiegħu għal kwantità partikolari jew jikkumpara ġismu ma' dak ta' ħaddieħor, "iżda l-importanti li tħossok b'saħħtek u mimlija enerġija," sostniet Rachel.
"Jiena llum il-ġurnata niżen għaxar kilos iżjed minn għaxar snin ilu, iżda xorta waħda nħossni iżjed b'saħħti u enerġetika," stqarret Rachel li matul dawn l-aħħar snin rat l-importanza tas-saħħa fiżika jsiru rwol integrali fil-karriera tagħha.
Prosit tassew, Rachel!
Facebook / Rachel Micallef