Diżastru Fin-Nepal –Massa Ta’ Silġ Ċediet U Wasslet Għal Għargħar Devastanti 

Jidher li riċentament ħarġu xeni drammatiċi min-Nepal wara li għargħar qawwi ħakem diversi widien u laqat il-komunitajiet li sabu ruħhom fi triqtu.

Madanakollu, skont ił-paġna Maltese Islands Weather, dan ma kienx biss każ ta’ għargħar ikkawżat minn xita qawwija. Kollox beda meta sezzjoni kbira ta’ massa ta’ silġ ċediet għal ġo wied u mblukkat ix-xmara u b’hekk inħolqot speċi ta’ diga naturali.

Wara dan l-imblukkar beda jinġabar ammont kbir ta’ ilma, sakemm il-piż u l-pressjoni saru tant kbar li d-diga naturali ċediet. B’konsegwenza ta’ dan, massa kbira ta’ ilma, tajn u blat niżlet b’saħħa tul il-wied u ħakmet dak li sabet fi triqitha. Maltese Islands Weather spjegaw ukoll ir-rabta li jista’ jkollhom avvenimenti bħal dawn mat-tibdil fil-klima. Filwaqt li ma jistax jingħad li t-tibdil fil-klima kkawża direttament dan l-avveniment partikolari, iż-żieda fit-temperaturi fil-Himalayas qed twassal biex il-mases tas-silġ jinħallu.

Finalment dan jista’ jagħmel is-silġ, il-blat u ż-żoni ta’ madwarhom aktar instabbli u b’hekk iżid ir-riskju ta’ għargħar glaċjali f’reġjun li diġà huwa vulnerabbli għal dawn il-fenomeni.

Ritratti:

Facebook/ Maltese Islands Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI