“Jake Vella Ħalliena Propju Llum Sentejn Ilu” – Fabio Spiteri

L-atleta Fabio Spiteri fakkar fuq il-paġna tiegħu li bħal-lum sentejn ilu, ħalliena l-għażiż Jake Vella, tfajjel maħbub u ammirat mill-Maltin kollha.

Hu spjega, “Jake Vella ħalliena propju llum sentejn ilu. Niftakar kien ċempilli missieru Josie, jumejn qabel l-ewwel Deca tiegħi ġewwa l-Italja.”

Sentejn ilu, kien iddedikalu ittra profonda fejn wera apprezzament kbir lejh.  Fost affarijiet oħrajn, kien kitiblu, “Għażiż Jake, Qas irrid nemmen li qed nikteb dal-post, għalkemm konna nafu dan l-aħħar li kont qed tbati fis-silenzju. Ħa nfakkar naqra l-memorji li kelli miegħek ta' dawn l-aħħar snin. Kont għadek ċkejken ċkejken, naħseb kellek 7 snin. Kont għadni nlesti duathlon l-Imtarfa meta ġejt fuqi, b'dik it-tbissima u ridt ritratt miegħi. Minn hemm tnisslet mħabba sinċiera. Tajtek il-medalja u inti għidtli "thank you". Tkellimt ftit ma' missierek li wara ftit qalli bil-kundizzjoni li kellek...”

Żied jgħid, “Qatt ma kont smajt bil-kundizzjoni ROHHAD. Iż-żigg kemm int beżżul minn 70 persuna fid-dinja kellek tkun int wieħed minnhom? Għalfejn? Minn hemm ħlift li nibqa' ngħinek sal-aħħar nifs. Bqajna ħbieb niltaqgħu kull tellieqa. Kont tistennieni nlesti t-tellieqa tiegħi, imbagħad nistenniek tlesti it-tellieqa u ngħidu kelma jew tnejn. Kont niggustak tidħol l-aħħar imma determinat tgħolli jdejk it-tnejn b'dik il-ħarsa ta' atleta professjonali taħt ċapċip u sapport ta' kull min ikun qed jarak dieħel fil-finish line!”

Minkejja li għaddew sentejn, l-isem Jake Vella qatt mhu se jmut minn fuq fommna, u l-ġid li għamel se jibqa’ jispira l-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

Ritratti:

Facebook / Fabio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI