“Se Nipprova Nikser Rekord Dinji Ieħor” – L-Istrongman Tony Farrugia B’Risq Victim Support Malta

L-Istrongman naturali Malti, Tony Farrugia, spiss jagħmel wirjiet ta’ saħħa madwar pajjiżna f’avvenimenti li jkunu b’risq il-karita`. Fis-sitta ta’ Settembri se jkun qed jagħmel wirja b’differenza, għaliex se jipprova jikser rekord dinji.

Fuq il-paġna tiegħu spjega, “Il-wirja ta’ saħħa li jmiss ħa nipprova nikser rekord dinji ieħor li se jsir b’risq Victim Support Malta nhar il-Ħadd bejn 12.30 sa 1pm, fis-6 ta’ Settembru f’Mosta grove ħdejn il-MCAST tal-Arts.”

Żied jgħid li se jkollu bżonn żewġ xhieda u żewġ timekeepers għal dan ir-rekord, u għalhekk min hu interessat għandu jikkuntattjah.

Nagħtuh kuraġġ biex jirnexxielu jikser dan ir-rekord u jirrappreżenta lil pajjiżna bi kburija. Nirringrazzjawh mill-qalb talli qed juża t-talent tiegħu biex iħeġġiġna nagħtu d-donazzjonijiet tagħna b’risq persuni inqas ixxurtjati minna.

Ritratti:

Facebook / Tony Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI