“Illum Għalaqna 43 Sena! F’Din Il-Ġurnata Waqaft Ftit Nirrifletti Fuq Il-Vjaġġ Tiegħi” – L-MP Frank Anthony Tabone

Il-Membru Parlamentari Frank Anthony Tabone jiċċelebra għeluq il-43 sena tiegħu permezz ta’ kitba profonda ta’ gratitudni fuq il-paġna tiegħu.

Hu kiteb, “Illum għalaqna 43 sena! F’din il-ġurnata waqaft ftit nirrifletti fuq il-vjaġġ tiegħi, fuq dak kollu li għaddejt minnu, dak li rnexxieli nagħmel u fuq kollox, fuq fejn wasalt. U ninduna kemm għandi għalfejn inkun grat. L-ewwel u qabel kollox, grazzi lill-familja tiegħi, lil ommi u lil missieri, lil marti u lit-tfal, li dejjem kienu s-sostenn tiegħi u li ħafna drabi kellhom jaqsmu miegħi s-sagrifiċċji li ġġib magħha l-ħajja fil-politika.  Grazzi wkoll lilkom kollha tal-fiduċja, tal-appoġġ u tal-kliem ta’ kuraġġ li dejjem turuni. Għalija, wieħed mill-akbar sodisfazzjonijiet huwa meta n-nies ifittxuni, jafdawni bil-problemi tagħhom u jiftħu qalbhom miegħi. Dik il-fiduċja tfisser ħafna għalija.”

Żied jgħid, “Il-politika tieħu ħafna ħin u enerġija, u kultant iżżommok ’il bogħod minn dawk li tħobb. Imma meta nara lill-familja tiegħi u lilkom warajja, insib l-enerġija u d-determinazzjoni biex inkompli naħdem u nagħti l-aħjar tiegħi. Komplu fittxuni, komplu kellmuni u, fuq kollox, komplu afdawni. Jiena nibqa’ hawn għalikom. Grazzi mill-qalb lil kull wieħed u waħda minnkom.”

Ritratti:

Facebook / Frank Anthony Tabone

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI