Is-soċjeta` filarmonika tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar sellmu l-memorja ta’ soċju żagħżugħ li ħalliena b’diżgrazzja 25 sena ilu.
Fuq il-paġna kitbu, “Bħal-lum 25 sena ilu Ħaż-Żabbar inħasad bit-telfa ta' żagħżugħ li kien jispira lil bosta. Antoine Randich, soċju tal-MUSEUM u għalliem li kaxkar bl-eżempju tiegħu lil ħafna nies biex jagħmlu t-tajjeb.”
Żied u jgħidu, “Tislima mill-qalb lil Antoine li kien dilettant tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja u fuq kollox devot kbir tagħha.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti ta’ dieqa mingħand persuni jitolbu għalih biex jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Minkejja li l-ħajja ħaditu wisq kmieni, l-eżempju tiegħu ħalla impatt kbir f’Ħaż-Żabbar u fuq it-tfal li kien jgħallem.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae Żabbar AD 1883