Żewġ Żgħażagħ Jieħdu Par Żarbun Minn Barra Residenza … Fil-Filmat Jinstemgħu Jitkellmu Bil-Franċiż

Ritratti mxerrda fuq il-grupp publiku Erasmus Malta qed iqanqlu bosta rabja fost dawk membri fejn fihom, żewġ żgħażagħ inqabdu fuq kamera allegatament jisirqu par żarbun tax-xogħol minn barra residenza.

Il-persuna li kitbet qalet li l-inċident seħħ fit-22 ta’ Awwissu u sostniet li ż-żewġ żgħażagħ instemgħu jitkellmu bil-Franċiż. Hi spjegat li ż-żgħażagħ għaddew minn quddiem il-proprjetà u, minkejja twissija viżibbli li kienu qed jiġu rrekordjati, xorta waħda komplew u ħadu ż-żarbun li kien jinsab barra.

Qalet, “kitba ta’ twissija – jekk jogħġobkom oqogħdu attenti għal dawn il-ħallelin. Wasalna fi żminijiet iddisprati meta żewġ ġuvintur, li fil-filmat jinstemgħu jitkellmu bil-Franċiż, jgħaddu minn quddiem il-proprjetà ta’ xi ħadd, jiġu mwissija mill-kamera li qed jiġu rrekordjati u xorta waħda jisirqu żarbun tax-xogħol.”

Mal-kitba ġew imxerrda wkoll diversi ritratti meħuda mill-filmat tas-sigurtà li juru liż-żewġ żgħażagħ fejn wieħed minnhom jidher iżomm iż-żraben f’idu.

Ritratti:

Natalie Coppini/Erasmus Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI