“10 Xhur Għaddew Minn Meta Ħallejtna… Dejjem Se Nibqgħu Nħobbuk U Niftakru Fik” – Missier AJ

Bħal-lum għaxar xhur ilu ħalla din id-dinja AJ wara li sfortunatament kien tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer. Dalgħodu fakkar il-memorja tiegħu missieru Aaron.

Il-missier stqarr li għalkemm għaddew dawn l-għaxar xhur, kemm hu kif ukoll martu Charlene għadhom iħossu n-nuqqas ta' binhom u għadhom muġugħin b'din it-telfa.

"Kieku l-imħabba setgħet iżżommok magħna, kont għadek hawn f'dirgħajna," kiteb il-missier emozzjonat fuq il-midja soċjali.

AJ żgur li se jibqa' mfakkar mhux biss għall-personalità simpatika u altruwista tiegħu, iżda fuq kollox, għad-determinazzjoni u r-reżiljenza li dejjem wera fil-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer.

Strieħ fis-sliem, AJ.

Ritratti:

Facebook / Aaron Difesa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI