“Il-Jum Li Fih Għidna ‘Iva’ Kien Ukoll Jum Għeluq It-Tletin Sena Tiegħi U Għeluq Il-Wieħed U Tletin Sena Tiegħek…” – L-Anniversarju U Għeluq Snin Solange U Antoine Magri

Solange u Antoine fiż-żwieġ

Illum tibqa' ġurnata speċjali immens għall-koppja maħbuba Solange u Antoine Magri, hekk kif propju f'jum għeluq sninhom huma kienu qalu s-signor si 11-il sena ilu.

"11-il sena miżżewġin illum. 05.09.15 – 05.09.26. Il-jum li fih għidna 'iva' kien ukoll jum għeluq it-tletin sena tiegħi u għeluq il-wieħed u tletin sena tiegħek," tikteb Solange.

Solange tikteb kemm dawn kienu 11-il sena mimlijin memorji sbieħ, mumenti kemm iebsin u kemm sbieħ, daħk, ferħ, u anke mumenti mal-familja.

Tinsab ħerqana biex jiċċelebraw dawn iż-żewġ okkażjonijiet speċjali. Qasmet filmat li juri mumenti indimentikabbli u prezzjużi minn dik il-ġurnata.

Awguri doppja lil Solange u Antoine f'isem it-tim ta' Gwida.mt!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI