Propju ftit jiem wara li l-attur Carlos Farrugia ċċelebra għeluq sninu hu stess, illum tagħlaq erba' snin bintu Bettina. Ġurnata li bla dubju tibqa' waħda prezzjuża u indimentikabbli għalih hekk kif sar missier.
Hu qasam ritratt ħelu flimkien ma' bintu Bettina u ħallhielha messaġġ mill-qalb. "3 + 1 = 4. Il-Bettina ż-żgħira tiegħi. Qed tikber malajr wisq… imma tkun kbira kemm tkun, dejjem tibqa' t-tifla ż-żgħira tal-Papa. Inħobbok ħafna."
Awguri mill-qalb, Bettina!
Facebook/ Carlos Farrugia