Diversi bassara tat-temp qed jitkellmu dwar il-possibbiltà li fi tmiem din il-ġimgħa pajjiżna jintlaqat għall-ewwel darba fi żmien twil minn xi ħalbiet tax-xita. Dan hekk kif matul it-tlett xhur tas-sajf, il-gżejjer Maltin esperjenzaw mewġa tas-sħana wara l-oħra mingħajr l-ebda ħjiel ta' xita.
Fil-fatt, l-aħħar darba li niżlet xita sinifikanti f'pajjiżna kien proprju 114-il jum ilu, sewwasew fis-17 ta' Mejju. Minn dakinhar 'l hawn, niżlu biss xi taqtir u ħalbiet iżolati ferm li għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala xita sinifikanti, skont kif spjegat mis-sit 'Maltese Islands Weather'.
It-tbassir qed jindika li l-ewwel ħalbiet tax-xita fi żmien twil jaf jolqtu lil Malta bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu.
Facebook / Colours of Malta u Pexels