“Dan It-Tieni Birthday Mingħajrek. Ser Tiċċelebrah Mal-Anġli, Bambin Tagħna” – Omm Alejandro Brincat

Omm il-mibki Alejandro Brincat iddedikat kelmtejn għalih f'jum għeluq sninu. B'qalb maqsuma hi esprimiet kemm tħoss in-nuqqas tiegħu.

Hi kitbet, “27 sena ilu ħaddantek għall-ewwel darba. Ħutek ġenn biex jarawk. Iż-żgħir u l-fessud tagħna. Kemm ferħu x’ħin rawk. Kbir f’ġuvni b’qalb tad-deheb u kull fejn kont tkun tarmi l-ferħ. Imma llum nibkuk ibni. Il-vojt li ħallejt kbir wisq. Nistennik kull sekonda li terġa tidħol mill-bieb. Nara dik it-tbissima fuq wiċċek. Kemm nimmissjak.”

Żiedet tgħid, “Dan it-tieni birthday mingħajrek. Ser tiċċelebrah mal-anġli, bambin tagħna. Kemm nixtieq ngħannqek u nbusek ibni. Ngħidlek kemm inħobbok u lesta nagħti ħajti u nġibek ura. Żomm idejk fuq uliedek ibni u fuqna. Happy birthday fil-ġenna anġlu sabiħ tagħna. Inħobbuk sal-aħħar nifs ibni. Alejandro l-anġlu sabiħ tagħna.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.

Ritratti:

Facebook / Sandra Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI