L-Isla Jirbħu X-Shield Tar-Regatta Ta’ Jum Il-Vitorja Għat-Tieni Sena Konsekuttiva

Sena wara l-oħra, f'Jum il-Vitorja ġewwa l-Port il-Kbir isiru t-tlielaq bid-dgħajjes tar-Regatta fejn qaddiefa minn diversi bliet u rħula Maltin jikkompetu flimkien sabiex ikunu huma li jirbħu t-titlu prestiġjuż. Din is-sena ma kienx b'inqas!

Fil-ħinijiet ta' wara nofsinhar, il-ħidma u s-sagrifiċċji ta' bosta qaddiefa li jkunu ilhom xhur jippratikaw għal dawn it-tlielaq, laħqu l-qofol tagħhom.

Għat-tieni sena konsekuttiva, kienet l-Isla li rebħet ix-shield tar-Regatta ta' Jum il-Vitorja b'total ta' 62 punt. F'Kategorija A huma kienu segwiti minn Bormla u l-Birgu li kisbu total ta' 60 u 42 punt, rispettivament. Il-lokalità ta' Marsamxett ikklassifikat fir-raba' post bi 8 punti.

Ritratti:

TVM+ / Regatta 8 ta’ Settembru

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI