“Meta Kont Qed Naħseb Fis-Suwiċidju, Staqsejt Lili Nnifsi: ‘Lit-Tifel Se Nħallih Bla Missier?’” – Ryan

Settembru huwa x-xahar li matulu titfakkar l-importanza li kull min għandu ħsibijiet ta' suwiċidju jfittex l-għajnuna.

F'dan ix-xahar tant importanti, jitkellem dwar l-istorja tiegħu fuq il-programm ippreżentat minn Pierre Cordina 'The Price To Pay', Ryan li llum il-ġurnata jgħin bosta persuni li qed jaffaċjaw ħsibijiet ta' din ix-xorta, iżda fil-passat hu wkoll affaċja diffikultajiet simili.

"Jekk tgħidli nispjega s-suwiċidju ngħidlek li inti ma tridx toqtol lilek innifsek, imma trid toqtol l-uġigħ li hemm ġewwa fik," jispjega Ryan.

Hu jitkellem dwar kif fl-iżjed mumenti ibsin ta' dan il-perjodu diffiċli f'ħajtu kien iżomm f'moħħu lil ibnu u kien jistaqsi lilu nnifsu: "Imma jien se nħalli lil ibni bla missier?" Jistqarr li kienet proprju din id-domanda li wasslitu sabiex jibdel ħajtu.

Ryan isemmi li s-sigriet li wieħed għandu jżomm f'moħħu meta jkun qed jaffaċja ħsibijiet bħal dawn hu li jagħraf japprezza l-ħajja u jirrealizza x'inhi l-gratitudni.

Jekk inti jew xi ħadd li taf qed taffaċja diffikultajiet jew qed ikollok ħsibijiet ta' suwiċidju, tista' tfittex l-għajnuna billi ċċempel fuq 179.

Ritratti:

Facebook / TVM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI