Il-kantanta Maltija Francesca Sciberras qasmet messaġġ ħelu fuq il-midja soċjali f’għeluq snin missierha, fejn wasslitlu l-awguri tagħha f’din il-ġurnata speċjali. “Awguri f'għeluq sninek missier. Inħobbuk immensament nannu Ol,” kitbet Francesca, akkumpanjata minn simbolu ta’ mħabba. Mill-kliem tagħha jidher li l-awguri ma kinux biss minnha, iżda wkoll mill-familja li bi mħabba ssejjaħlu “Nannu Ol”.
Francesca hija wiċċ familjari sew max-xena mużikali Maltija. Matul is-snin rajnieha tipparteċipa diversi drabi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, filwaqt li kellha wkoll esperjenza fuq il-palk tal-Malta Eurovision. Aktar riċenti, Francesca rajnieha wkoll fil-Għanja tal-Poplu, fejn kompliet iżżid kapitlu ieħor fil-vjaġġ mużikali tagħha u turi l-versatilità tagħha bħala kantanta.
Illum iżda l-attenzjoni tmur fuq il-familja, hekk kif Francesca għażlet li pubblikament twassal ftit kliem ta’ mħabba lil missierha f’għeluq sninu. Minn Gwida.mt, ningħaqdu ma’ Francesca u l-familja tagħha biex nawguraw lil missierha Oliver l-isbaħ xewqat, ħafna saħħa u aktar snin sbieħ imdawwar mill-għeżież tiegħu.
Facebook / Francesca Sciberras