Mumenti Mill-Parata Ta’ Jum Il-Vitorja Li Saret Ilbieraħ Bħala Parti Mill-Festi Tat-8 Ta’ Settembru

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Forzi Armati ta’ Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom mumenti mill-parata li saret ilbieraħ fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja.

Qalu, “Ħarsa lura lejn il-Parata ta’ Jum il-Vitorja li saret ilbieraħ bħala parti mill-festi tat-8 ta’ Settembru fil-Belt Valletta. Ilbieraħ filgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta ħadu sehem f’din l-okkażjoni nazzjonali importanti, li tfakkar l-avvenimenti storiċi li sawru l-identità ta’ pajjiżna u tiċċelebra l-ispirtu dejjiemi tal-poplu Malti.”

Żiedu, “Jum il-Vitorja jibqa’ mument ta’ importanza, fejn nagħtu ġieħ lill-istorja u l-wirt tagħna, kif ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom għal-libertà u r-reżiljenza ta’ Malta matul is-snin.”

Prosit lil dawk kollha nvoluti.

Ritratti:

Armed Forces of Malta (AFM)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI