“It-Toroq Affettwati Se Jkunu Magħluqa Kompletament Għat-Traffiku” – Infrastructure Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta avżaw lis-sewwieqa dwar xi toroq li se jkunu magħluqa fil-jiem li ġejjin minħabba xi xogħlijiet li se jsiru,

Qalu, “Xogħlijiet ta’ asfalt fiż-żona tal-Umrieħel Central Business District. Infrastructure Malta se tkun qed twettaq xogħlijiet ta’ asfalt tul it-toroq li ġejjin: Triq l-Imprendituri; Triq it-Territorjals.”

Żiedu, “Ix-xogħlijiet huma skedati li jsiru matul il-lejl, bejn 20:30 u 05:00, f’dawn il-ġranet; L-Erbgħa, 16 ta’ Settembru 2026, il-Ħamis, 17 ta’ Settembru 2026 u l-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2026. Matul dawn il-ħinijiet, it-toroq affettwati se jkunu magħluqa kompletament għat-traffiku, u għalhekk mhux se jkun permess aċċess għall-vetturi minħabba n-natura tax-xogħlijiet. Napprezzaw il-koperazzjoni u l-paċenzja tagħkom waqt dawn ix-xogħlijiet.”

Ritratti:

Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI