“Grazzi Mill-Qalb Lil Kull Min Ħa L-Ħin Biex Jawgurali F’Għeluq Snini” – Isabelle Bonnici

Illum huwa għeluq snin il-mara tant ammirevoli, Isabelle Bonnici. Hi kitbet messaġġ qalbieni ta’ ringrazzjament fuq il-Facebook tagħha.

“Grazzi mill-qalb lil kull min ħa l-ħin biex jawgurali f’għeluq snini, permezz ta’ Facebook, messaġġi, telefonati u b’kull mod ieħor,” hi kitbet. “L-imħabba u l-ġenerożità tagħkom għinu biex  għamlu l-ġurnata tiegħi waħda tassew speċjali. Qrajt kull awgurju u kull kelma ta’ mħabba imma impossibbli nwieġeb lil kulħadd.”

“Kull kelma messitli qalbi aktar milli tistgħu timmaġinaw. Grazzi talli għażiltu taqsmu miegħi ftit mill-imħabba tagħkom. Inħobbkom u napprezzakom immens.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Isabelle f’dan il-jum speċjali.

Ritratti:

Facebook / Isabelle Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI