Bħalissa qed nisimgħu diversi opinjonijiet dwar il-ħlas għas-servizz li bil-mod qed narawh dieħel f’pajjiżna. Sean Gravina kiteb l-opinjoni tiegħu fuq il-paġna tiegħu.
Qal, “Ħlas għas-servizz f’Malta: Aħna lesti? Nifhem li din mhux se togħġob lil kulħadd imma hi r-r-realta`. Biex inkun ċar, ħlas għas-servizz u tips huma żewġ kunċetti kompletament separati. Persuni li jsiefru ħafna għandhom jifhmuha din. Il-ħlas għas-servizz mhuwiex ġdid. Eżista madwar l-Ewropa għal deċennji, u jogħġbok jew ma jogħġbokx, ġej Malta wkoll.”
Hu spjega li ma jaqbilx li kull restorant għandu jżomm ħlas għas-servizz għaliex mhux kull restorant joffri servizzi professjonali biżżejjed biex jiġġustifika dan. Imma dawn li jinvestu fil-ħaddiema, training, u pagi tagħhom, u li ġenwinament joffru servizz tajjeb, qal li jħoss li għandhom id-dritt li jżiduh għaliex l-ekonomija saret waħda għolja.
Żied jgħid, “Jekk is-servizz hu professjonali, mela għandu valur. Jekk mhuwiex, mela r-restorant għandu jkun aħjar qabel jistaqsi l-klijenti jħallsu iżjed.”
X’inhuma l-opinjonijiet tagħkom dwar dan il-ħlas li r-restoranti qegħdin jitolbu għas-servizz tagħhom?
Facebook / Sean Gravina