Il-Paġna Aġġornament Tat-Temp Jagħtu L-Possibbiltà Ta’ Xita Tul Din Il-Ġimgħa

Il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp, Aġġornament tat-Temp, taw rapport dettaljat tal-possibbiltà ta’ xita ta’ kuljum għal din il-ġimgħa. Li f’nofs Settembru se jkollna jiem ta’ xita, kien ilu jiġi mbassar.

Skont il-paġna, għada l-Ħadd 13 ta’ Settembru hemm 65% ċans ta’ xita. It-Tnejn 14 ta’ Settembru hemm l-ogħla ċans ta’ xita għal din il-ġimgħa b’75%. Il-jum ta’ wara, ċ-ċans jonqos għal 55%.

Hemm 65% ċans ta’ xita nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru u 55% ċans nhar il-Ħamis 17 ta’ Settembru. Il-possibbiltà ta’ xita tonqos għal 40% il-Ġimgġa, 45% is-Sibt u 45% il-Ħadd.

Ritratti:

Facebook / Aġġornmanet tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI