Ilbieraħ l-attivista Althea Galea salvat kelb abbandunat li kien f’kundizzjoni terribbli. Il-kelb kien għadam u ġilda u kien jidher ċar li kien f’dar u ġie mwaddab ‘l barra. Moira Delia tkellmet dwar dan.
“Apparti l-fatt li hawn nuqqas kbir ta’ edukazzjoni dwar il-kura u r-responsabbiltà tal-annimali, dan huwa xogħol li suppost jagħmel id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, imma Althea Galea u sħabna l-attivisti jispiċċaw jagħmluh!” hi kitbet.
“Imbasta norganizzaw il-coffee mornings u addio każijiet bħal dawn u ż-żwiemel fl-għeqqel tax-xemx! Povei annimal f’dan il-pajjiż - kieku qatt ingħataw l-importanza li jistħoqilhom!”
Facebook / Moira Delia / Althea Galea