L-Istrongman Malti Tony Farrugia Jikser Guinness World Rekord Ġdid

L-Istrongman Malti Tony Farrugia rnexxielu jikseb rekord internazzjonali ġdid, fejn refa’ mara li tiżen 48 kilo b’subgħajh iż-żgħir biss! Irnexxielu wkoll iżommha fl-arja għal numru ta’ sekondi. Dan seħħ il-Mosta waqt avveniment b’risq Victim Support Malta. Ir-rekord internazzjonali kien ta’ 40 kilo u għalhekk hu rnexxielu jaqbeż dan ir-rekord bi tmien kilos!

Iktar kmieni din il-ġimgħa, huwa wkoll ħabbar li kiser rekord ieħor internazzjonali fil-Guinness World Records għaliex irnexxielu jagħmel tlettax-il ‘overhead press’ b’washing machine. Hu spjega li huwa l-ewwel strongman Malti fl-istorja ta’ pajjiżna li kiseb Guinness World Rekord u għalhekk huwa ta’ unur kbir kemm għalih u kemm għal pajjiżna.

Nawgurawlu mill-qalb għal dan it-tragward eċitanti! Ninsabu kburin immens bih u ħerqanin biex narawh ikompli jissorprendina bis-saħħa tiegħu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI