“Ilbieraħ, Tlift Xi Ħadd Li Kien Ħafna Iżjed Minn Ħabib” – Messaġġ Mill-Ħabib Tal-Qalb Ta’ Sebastian Schembri

Sebastian Schembri huwa s-sewwieq li lbieraħ tilef ħajti f’inċident f’Ħal Far. Il-ħabib tal-qalb tiegħu Christian Aquilina kitiblu messaġġ profond b’qalb maqsuma.

Hu qallu, “Ilbieraħ, tlift xi ħadd li kien ħafna iżjed minn ħabib. Int kont ħija, familja, xi ħadd li kellu post speċjali f’qalbi. Għadni ma nistax nemmen li m’għadekx hawn. Nibqa’ naħseb li din ħolma kerha u li b’xi mod se terġa’ tkun hawn.”

“Tlaqt minn din id-dinja, imma qatt mhu se titlaq minn qalbi. Se nimmissjak iżjed milli l-kliem jistgħu jispjegaw. Grazzi talli dejjem kont hemm għalija. Dejjem kont hemm biex tismagħni, tappoġġjani, iddakkaħni, u tfakkarni li ma kontx waħdi.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.

Ritratti:

Facebook / Christian Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI