Trump Iwiegħed Li Se Jagħti Ċekk Ta’ Madwar €5,000 Lil Kull Amerikan Jekk Jirbaħ L-Elezzjoni L-Partit Tiegħu

Il-President Donald Trump qiegħed iwiegħed lill-poplu Amerikan li jekk il-partit tiegħu jirbaħ l-elezzjonijiet ta' Novembru li ġej, hu se jkun qieħged jagħti ċekk ta' madwar €5,000 lil kull adult fil-pajjiż.

Il-wegħda tal-President Amerikan qanqlet dubji dwar il-vijabbiltà tagħha, hekk kif kieku se tiġi tiswa lill-pajjiż total ta' madwar €1.2 triljuni. Dan hekk kif hu stmat li hemm madwar 245 miljun adult fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Madankollu, il-President Trump iddefenda d-deċiżjoni tiegħu billi saħaq li l-ekonomija Amerikana sejra tajjeb ħafna bħalissa. "Bħalissa l-Amerka qed tagħmel ħafna flus," sostna l-President.

Fit-3 ta' Novembru mistennija jseħħu elezzjonijiet importanti fl-Amerka li jsiru f'nofs it-terminu ta' kull President. Fiċ-ċirkostanzi attwali, jekk il-partit rivali tal-President Amerikan jirbaħ dawn l-elezzjonijiet, dan jaf ikun ifisser li jibdew proċeduri sabiex hu potenzjalment jitneħħa mill-kariga presidenzjali tiegħu.

Madwar id-dinja l-wegħda taċ-ċekkijiet li tenna l-President Trump qanqlet dibattitu. Intom x'taħsbu?

Ritratti:

Facebook / President Donald J. Trump u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI