Diversi bassara lokali tat-temp qed jitkellmu dwar il-possibbiltà li għada f'pajjiżna jkollna l-ewwel bidla fit-temp fi żmien twil li tista' twassal sabiex it-temperatura ma titlgħax iżjed minn 30°C u l-gżejjer Maltin jintlaqtu minn xi ħalbiet tax-xita.
Pajjiżna ilu għal dawn l-aħħar 118-il ġurnata jaffaċja mewġa tas-sħana wara l-oħra, mingħajr l-ebda ħjiel ta' xita. Fil-fatt, kien proprju fis-17 ta' Mejju li niżlet l-aħħar ħalba sinifikanti tax-xita fuq il-gżejjer Maltin. Okkażjonijiet oħrajn minn dakinhar 'l hawn fejn niżlet ix-xita, ma kienux sinifikanti biżżejjed.
Minn dakinhar 'l hawn, ix-xhur sajfin kienu kkaratterizzati minn sħana tremenda, iżda issa hekk kif l-istaġun sajfi qed joqrob lejn tmiemu, kulħadd qed jistenna minn ġurnata għall-oħra sabiex jinbidel fit-temp, b'mod partikolari dawk li jippreferu x-xitwa u t-temp frisk li dan l-istaġun iġib miegħu.
Facebook / Patricia Kellett