Charles Van Maarschalkerweerd Borg wassal messaġġ mill-isbaħ ta’ mħabba u apprezzament lil żewġu Ron f’għeluq sninu.
Permezz ta’ post fuq Facebook, Charles qasam ritratt tagħhom flimkien u awguralu f’dan il-jum speċjali, filwaqt li esprima kemm hu grat li għandu lil Ron f’ħajtu.
“Awguri f’għeluq sninek lil dan il-gustuż. Nawguralek jum mill-aqwa, mimli mħabba u ferħ kbir. Għandek qalb tad-deheb; jien u l-Mama napprezzaw ħafna l-imħabba u l-attenzjoni li tagħtina. Inti bniedem uniku,” kiteb Charles.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’ringrazzjament speċjali lil Ron, fejn juri kemm ifisser għalih.
Il-post wassal għal bosta kummenti ta’ awguri minn ħbieb u segwaċi, li ngħaqdu ma’ Charles biex jawguraw lil Ron f’għeluq sninu.
Awguri għażiż Ron!
Facebook/ Charles Van Maarschalkerweerd Borg