Il-kantanta Maltija Christabelle għandha aħbar mill-isbaħ xi taqsam mas-segwaċi tagħha hekk kif ħabbret li qed tistenna t-tieni tarbija tagħha!
Christabelle qasmet l-aħbar permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, fejn mill-ewwel qanqlet il-kurżità tas-segwaċi tagħha bil-kliem, “Dejjem b'ħafna sorpriżi... ibqgħu segwu sat-tmiem.” Kien proprju lejn tmiem il-filmat li waslet is-sorpriża l-kbira, hekk kif Christabelle żvelat li hi u żewġha Jordan se jerġgħu jsiru ġenituri.
Il-koppja diġà huma ġenituri taċ-ċkejkna Valentina, u issa l-familja tagħhom tinsab lesta biex tikber b’membru ġdid. L-aħbar żgur li kienet waħda mill-isbaħ sorpriżi għas-segwaċi tal-kantanta, li tul is-snin segwewha kemm fil-karriera mużikali tagħha kif ukoll f’mumenti importanti mill-ħajja personali tagħha.
Minn Gwida.mt, nifirħu mill-qalb lil Christabelle u Jordan għal din l-aħbar sabiħa u nawgurawlhom kull ġid f’dan il-kapitlu ġdid għall-familja tagħhom!
Facebook / Christabelle Camilleri