Kull Isem Għandu Storja – Marvic Camilleri Jirrakkonta Kif Kibret Il-Familja Tiegħu u Kif Intgħażlu L-Ismijiet Tagħhom

Fil-familji Maltin ta’ dari, ma kinitx ħaġa rari li dar timtela bil-vuċijiet, id-daħk u l-ġiri ta’ ħafna aħwa. Storja bħal din qasamha l-influencer, Marvic Camilleri, li fakkar kif bdiet u kibret il-familja tiegħu.

Kollox beda minn ommu u missieru, li wara li żżewġu, bdew jibnu l-familja tagħhom. L-ewwel waslet Doreen , imbagħad kellhom lil Joseph, imsemmi għaż-żewġ nanniet li kellhom l-istess isem, Ġużepp. Sena u nofs wara, kellhom lil Veronika li oriġinarjament kellha tissejjaħ Rita, imbagħad Monica, u fl-aħħar spiċċaw isejħulha Veronika. Wara 4 snin wasal Vincent li hu msemmi għal omm il-mara, Ċensa. Wara seba’ snin, wasal Marvic, isem li twieled minn kompromess bejn ix-xewqa ta’ ommu li ssemmih għal Santa Marija u dik ta’ missieru li jġib ismu, Victor: Marija u Victor saru Marvic.

Tliet snin wara waslet Catherine, imsemmija għan-nanna Katarina, u fl-aħħar Denise, isem li sempliċement għoġobhom. Għaldaqstant, l-isbaħ parti tal-istorja hi li l-familja ma waqfitx hemm. Maż-żmien, l-aħwa saru zijiet, imbagħad nanniet, u d-dar bdiet timtela b’neputijiet ġodda.

Din hi storja sempliċi, iżda tfakkarna fi żminijiet meta n-nies kienu jkollhom ħafna tfal. Malta tal-qedem, li minnha mbagħad ssawru familji kbar, familji li llum sar rari ssibhom.

Ritratti:

Facebook/Marvic Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI