Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur komiku Chrysander Agius. Hu magħruf sew għad-diversi karattri li ħoloq u interpreta tul is-snin fosthom dak tal-Kaċċatur u Vinny.
Żgur li jibqa' maħbub immens Vinny li permezz tiegħu dejjem kien jirnexxielu jnissel tbissima fost l-udjenza. Kont issibu f'xi post tax-xogħol differenti ngħidu aħna u jagħmel xi praspura!
Għal ħafna snin flimkien mal-attur Daniel Chircop kien jifforma parti mid-duo komiku Danusan fejn flimkien ħarġu b'numru ta' produzzjonijiet fosthom Il-Willy kif ukoll Il-Kunsill.
Awguri mill-qalb Chrysander! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Chrysander Agius